Kamra en suite En suite room

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KAMRA EN SUITE għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KAMRA biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 1 fuq quddiem. Il-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra. L-idejn jitbiegħdu laġenba u lura u jiffurmaw linja b’angolu rett. Imbagħad jerġgħu jimxu lejn in-nofs sakemm jiltaqgħu. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal PEPÈ li jsir b’id waħda f’pożizzjoni djagonali. L-id tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares laġenba jew ‘l isfel. Il-werrej jitqiegħed quddiem il-wiċċ taħt l-imnieħer u jogħla kemm kemm ’il fuq sakemm jolqot l-imnieħer ħafif ħafif. Dan isir xi tlett darbiet.

The sign for EN SUITE ROOM has two parts. (i) First the sign for ROOM is made with both hands that take the shape of 1 at the front. The palms face outwards. The index fingers touch each other and then move to the side and then backwards, forming a right angle, then back to the middle until the index fingers meet again. (ii) The second part is the sign for POSH. This is made with the arm positioned diagonally inwards. The hand takes the 1 shape with palm facing sideways. The index finger is placed under the nose. It is raised up slightly, hitting the nose lightly about three times.